Il-Prinċep Andrew Jista’ Jiffaċċja Żewġ Akkużi Serji Ta’ Abbuż Sesswali

 Il-Prinċep Andrew Jista’ Jiffaċċja Żewġ Akkużi Serji Ta’ Abbuż Sesswali

Il-ħajja rjali tal-Prinċep Andrew tinstab mdendla b’ħajta, hekk kif Virginia Giuffre fetħet proċeduri legali kontra l-Prinċep Andrew, fejn hi qed tallega li meta kellha 17-il sena abbużaha sesswalment.

Dawn l-akkużi kienu nfetħu wkoll kontra Jeffrey Epstein, fejn kien akkużat bi traffikar uman għal skopijiet sesswali. Jeffrey kien il-bniedem li bagħat lil Virginia taħdem mal-Prinċep.

Jeffrey Epstein kien qatel lilu nnifsu xahar wara li kienu tressqu dawn l-akkużi kontrieh, f’Awwissu tal-2019.

Johanna Sjoberg, li kienet taħdem ukoll bħala assistenta ta’ Epstein, ukoll kienet allegat li d-Duka ta’ York taha fastidju sesswali meta kellha 21 sena. S’issa ma setgħetx tiftaħ proċeduri legali peress li għadda ż-żmien. Però bidla li probabbli ħa ssir fil-liġi tal-Istati Uniti tfisser li Sjoberg tista’ tressaq l-allegazzjonijiet tagħha quddiem il-qorti ukoll.

Il-Prinċep Andrew issa ftit li xejn fadallu tama li jerġa’ lura għad-dmirijiet pubbliċi, fejn saħansitra jista’ jitneħħielu t-titlu rjali tiegħu.

Il-Prinċep qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet kontrieh.

Ritratt: The Telegraph

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com