Il-Pulizija B’Kampanja Ta’ Għarfien Biex Ma’ Jitħallewx Basktijiet Weħedhom Fuq Il-Bajja

Il-pick-pocketing fuq il-bajjiet huwa reat komuni ħafna speċjalment f’dawn il-ġranet ta’ vaganzi.
Il-Pulizija tal-Komunità nedew kampanja sabiex joħolqu aktar għarfien biex wieħed ma jħallix il-basktijiet miftuħin weħedhom waqt li jkun qed jgħum.
Bħala parti mill-kampanja, numru ta’ Pulizija tal-Komunità daru bajjiet u dehru jagħlqu basktijiet li tħallew miftuħa waħidhom b’tags apposta tal-Pulizija.
Il-Korp tal-Pulizija spjega kif dawk li ħallew il-basket tagħhom miftuħ sabu din it-tag b’messaġġ fuqha biex ma jħallux il-basktijiet miftuħin kif ukoll qed iservi ta’ deterrent għal dawk il-persuni li kellhom xi ħsieb li jisirqu.