Il-Vittmi Tal-Qtil Doppju F’Tas-Sliema Kellhom Tal-Inqas €119,000 F’Deheb

 Il-Vittmi Tal-Qtil Doppju F’Tas-Sliema Kellhom Tal-Inqas €119,000 F’Deheb

Ilbieraħ fil-qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Macejowski, fejn wara li saret valutazzjoni tal-ġojjellerija li kellhom dawn ġew stmati b’valur ta’ €119,000.

Fil-Qorti nstema’ kif tliet biċċiet ġojjelli nstabu li kienu għand Daniel Muka, wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil tal-koppja, filwaqt li l-kumplament nstab fuq il-ġisem ta’ wieħed mill-mejtin.

Il-valutazzjoni tal-ġojjellerija saret minn Francesco Zampa li tqabbad mill-qorti bħala espert fil-qasam. Huwa qal ukoll li miż-żmien li għamel l-evalwazzjoni l-valur tad-deheb kien naqas b’madwar 13–il elf ewro.

Il-każ kien seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2020, fi Triq Locker, Tas-Sliema.

Il-każ ħa jkompli f’Settembru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com