Imut Ġużi Grech – Eks Champion Tad-Dinja Fil-Billiard

Illum tħabbret il-mewt ta’ Ġużi Grech; eks Champion tad-dinja fil-billiard. Huwa miet fl-età ta’ 66 sena fejn miet mewta naturali fl-istabbiliment tal-isnooker 147 fil-Ħamrun.
“Min jaf kemm paxxejt nies il-każin mal-mejda tal-isnooker!”, kitbu fuq il-midja soċjali tagħhom, L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tal-Ħamrun.
Grech kien iċ-champion tad-dinja fil-billiard lura fl-1997 u anke rebaħ il-kampjonat Malti tal-isnooker għal iżjed minn 20 darba.
Kien ukoll ikklassifika fit-tieni post fil-World Amateur Snooker Championship.
Minn Stradarjali.com nsellmu l-memorja tiegħu.