Inċident Tat-Traffiku Fl-Imsida Bejn Karozza U Mutur
Ilbieraħ, għal xi d-9:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn Eritrean ta’ 21 sena residenti Tas-Sliema u Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 28 sena. Fuq il-mutur, kien hemm ukoll raġel ieħor min-Nepal ta’ 29 sena.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel min-Nepal l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.