Ingidem Minn Brama Wara L-Oħra – Beża’ Li Kelb Il-Baħar Se Jieklu – Neil Agius Huwa Leġġenda

 Ingidem Minn Brama Wara L-Oħra – Beża’ Li Kelb Il-Baħar Se Jieklu – Neil Agius Huwa Leġġenda

“Waħda mil-ftit affarijiet li dan il-ġens kapaċi jaqbel dwarha hi li Neil Agius huwa leġġenda ta’ żmienna.” Hekk kiteb Jon Mallia fuq il-midja soċjali tiegħu wara li xerred ukoll il-podkast li għamel flimkien miegħu.

Minn din l-intervista, toħroġ informazzjoni interessanti u li żżommok tisma’. Tgħaraf kemm Neil Agius għandu stamina u kuraġġ; li forsi xi minn daqqiet, waqt l-għawm kien se jitlef. Iżda, baqa’ għaddej u kiser ir-rekord mondjali.

Qal li waqt l-għawm kienu jdoqqulu mużika li jħobb fosthom anke dik ta’ talb. Tenna wkoll li ntlaqat minn brama wara l-oħra u f’mumenti minnhom, anke beża’ li kien se jiġi kelb il-baħar għalih u jieklu.

Żgur li lil Neil Agius ta’ min jammirah. Apparti dak li għamel, hemm ukoll l-iskop warajha li huwa ammirevoli. Għamel din l-għawma biex joħloq aktar kuxjenza dwar l-ambjent fl-ibħra tagħna li maż-żmien qed ikomplu jimtlew b’aktar u aktar plastik.

Ritratt: Facebook/ Neil Agius

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com