Inkaljatilhom Il-Lanċa Fuq Il-Munxar…

Bħal-lum 10 t’Awwissu tal-1890, 21 uffiċjal Ingliż li kienu fuq lanċa għal divertita, telqu minn Marsamxett lejn Filfla.
Suppost kellhom imorru jaqbdu l-gremxula s-sewda. Meta waslu quddiem il-Bajja ta’ San Tumas, il-lanċa Nonina li kienu fuqha nkaljat fuq il-Munxar.
Ħadd ma għereq u l-uffiċjali ġew salvati.