Inqabdu 4,000 Kavalli U Ma Nbiegħux Dakinhar

Bħal-lum 11 t’Awwissu fl-1910, kien tħabbar li nqabdu mal-4,000 kavalli, iżda s-sajjieda ma kinux ħarġuhom għall-bejgħ biex setgħu joħorġuhom l-għada li kienet il-Ġimgħa u għalhekk ma kienx jiswa laħam.
Bhekk, il-ħut seta’ jġib prezz aħjar. Wieħed mill-ġurnali kien ikkummenta li dan ma kienx sewwa għaliex kien se jbati l-fqir.
Kos hux, il-Ġimgħa ma kinux jieklu laħam… Kemm jinbidlu ż-żminijiet.
Ritratt: Azzopardi Fisheries