“Istħu … Jekk Din It-13 Il-Mewta Mhux Biżżejjed ma Nafx X’Inhu?” – Il-Prof Andrew Azzopardi
Il-Professur Andrew Azzopardi tkellem dwar il-priġunier li miet wara li tmint ijiem ilu għamel attentat ta’ suwiċidju.
Staqsa jekk hux se ssir inkjesta oħra jew hux se nwaħħlu f’ħaddieħor.
“ISSA nerġa’ ngġid ISSA d-Direttur Kurunell, il-grupp ta’ madwaru u l-Ministru Byron Camilleri għandhom jirrizenjaw”, kiteb Azzopardi.
Saħaq li l-ħajja tan-nies mhux ‘cheap’ u li l-ħajja ta’ priġunier ma tiswiex anqas minn ta’ ħaddieħor.
Spjega kif suwiċidju huwa att ta’ disperament u jekk l-entità suppost tagħti kura u terapija, allura naqset milli tieħu ħsieb wieħed minn tagħha.
Hawnhekk irrepeta l-kelma ieħor u oħra b’referenza għal 13-il każ li seħħew fejn staqsa: “Min imexxi mhux aktar postu hemm – jekk din it-13 -il mewta mhux biżżejjed ma nafx x’ inhu?”