It-Terremot Fil-Ħaiti S’Issa Jħalli 1,297 Vittma U Eluf Oħra Midruba
Wara t-terremot qawwi fil-Ħaiti nhar is-Sibt li għadda l-għadd ta’ mwiet s’issa tela’ għal 1,297.
Il-qawwa tat-terremot kienet ta’ 7.2 fuq l-iskala Richter, li waslet biex ħalliet diversi djar u binjiet mġarrfa b’madwar 5,700 persuna midruba s’issa.
Il-Belt l-aktar milquta minn dan it-terremot jisimha Les Cayes b’popolazzjoni ta’ 90,000 persuna.
L-Istati Uniti bagħtu 65 persuna sabiex jgħinu fit-tiftix ta’ nies li jinsabu taħt it-tifrik tal-bini.
Il-Papa Franġisku wkoll ilbieraħ appella għal għajnuna minn pajjiżi oħra sabiex juru solidarjetà u jgħinu kif jistgħu f’din it-traġedja.
Ritratti: The Mirror