Iweġġgħu Żewġt Irġiel Fir-Rabat Għawdex

 Iweġġgħu Żewġt Irġiel Fir-Rabat Għawdex

Illum għal ħabta tal-11.00, il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa stabbiliment tal-ikel, fi Triq Giorgio Borg Olivier, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post u minn investigazzjonjiet preliminari rriżulta li Ċiniż ta’ 32 sena u ieħor minn Nepal ta’ 33 sena, it-tnejn residenti r-Rabat, Għawdex kienu sofrew ħruq f’inċident li seħħ waqt li kienu qed jaħdmu fil-kċina tal-istess stabbiliment.

Tim mediku ta l-għajnuna lill-vittmi, li ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza. Ir-raġel Ċiniz ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u dak minn Nepal sofra ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu ukoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgitte Sultana li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com