Iż-Żona Tad-Dib Fil-Mosta Ħa Tkun Qed Tieħu Dehra Ġdida – Minn Toroq Ġodda Sa Spazji Miftuħa Rikreattivi

 Iż-Żona Tad-Dib Fil-Mosta Ħa Tkun Qed Tieħu Dehra Ġdida – Minn Toroq Ġodda Sa Spazji Miftuħa Rikreattivi

“Huwa ta’ pjaċir għalija li nara dan it-tip ta’ nvestiment fil-lokalità”, hekk kitbet f’messaġġ fuq l-mezzi soċjali s-Sindku tal-Mosta Romilda B. Zarb wara li dalgħodu tħabbru aktar proġetti fil-Mosta.

Romilda qalet li din iż-żona magħrufa tad-Dib, fil-Mosta fix-xhur li għaddew ibbenefikat ukoll minn proġett sabiex saru 8 toroq ġodda b’investiment ta’ €650,000.

“Issa ser naraw investiment ieħor li ser ikompli jsebbaħ iż-żona magħrufa tad-Dib”, kompliet tgħid is-Sindku tal-Mosta.

Romilda sostniet li din hija it-tip ta’ ħidma li rridu naraw. Hawn is-Sindku tal-Mosta rringrazzjat il-ħidma tal-Ministri kollha li permezz tal-kollaborazzjoni tagħhom flimkien qed jagħmlu l-ġid lir-residenti Mostin.

Is-Sindku tal-Mosta Romilda B. Zarb temmet tgħid li ħa tkompli tħares il-quddiem għal aktar ħidma fil-Mosta.

Dan il-proġett se jsir mill-fondi tal-NDSF li huwa responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u amministrat mill-WasteServ li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ministru Aaron Farrugia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com