Jason Azzopardi Mhux Speċjali – 5 Xhur Wara Jgħid Li Għadu Jistenna Investigazzjoni Dwar Nuqqas Ta’ Ħlas Ta’ Taxxa Dovuta Minnu
Jason Micallef kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li 5 xhur wara li talab lill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler, sabiex id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jkun investigat fuq akkużi ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa dovuta għal diversi snin, għadu bla risposta.
“INKREDIBILMENT, 5 xhur wara, għadni qed nistenna risposta mingħand Dr George Hyzler, jekk investigax lil Jason Azzopardi, x’sab, u x’iddeċieda bħala Kummissarju tal-Istandards fil-ħajja Pubblika”
Tenna li dan mhux mod li bih tista tiftahar bi “standards” għoljin kif imħaddma mill-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
“Id-deputat Jason Azzopardi mhux speċjali, lil hinn mill-fatt li hu eks kollega ta’ Dr George Hyzler fil-PN u fil-Parlament. Għax alla ħares naslu fil-punt li l-uffiċċju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika jibda jħares lejn l-uċuħ”, temm jgħid Jason Micallef.