Jiftħu N-Nominazzjonijiet Għas-Sitt Edizzjoni Tal-Gozo Sports Awards

 Jiftħu N-Nominazzjonijiet Għas-Sitt Edizzjoni Tal-Gozo Sports Awards

Il-Gozo Sports Board, f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se jorganizza s-sitt edizzjoni tal-Gozo Sports Awards, fejn sportivi Għawdxin se jiġu ppremjati għall-avvanzi tagħhom fid-diversi dixxiplini sportivi.

l-edizzjoni ta’ din is-sena ħa tkun qed tgħaqqad flimkien l-aħħar sentejn, jiġifieri l-edizzjoni tal-2019 u dik tal-2020. Dan għaliex s-sena l-oħra minħabba l-pandemija l-edizzjoni tal-Gozo Sports Awards 2019 ma saritx. Fi kliem ieħor, kull min kiseb suċċess fid-dixxiplina sportiva tiegħu jew tagħha fis-sentejn preċedenti se jkun kopert f’din l-edizzjoni.

L-atleti jistgħu jiġu nominati mill-assoċjazzjonijiet Għawdxin rispettivi tagħhom, mill-clubs Għawdxin jew mill-istess individwi jekk huma jħossuhom li laħqu livell għoli fid-dixxiplina rispettiva tagħhom u fil-kategoriji li hemm fuq l-applikazzjoni.

In-nominazzjonijiet iridu jaslu fl-uffiċini tal-Gozo Sports Board fil-Kumpless Sportiv u jingħataw lis-Segretarju tal-Gozo Sports Board is-Sur Albert Scerri sa nhar it-Tnejn, 30 ta’ Awwissu 2021 f’nofsinhar.

Dawn huma l-kategoriji li se jkunu ppremjati:

  • Uffiċjal tas-sena
  • Kowċ tas-sena
  • It-tim tas-sena
  • Rikonoxximent għal atleta attiv ’il fuq minn 45 sena (magħżul mill-GSB)
  • Rikonoxximent għal karriera sportiva (magħżul mid-Direttorat tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex)
  • Rikonoxximent speċjali Special Olympics
  • Żagħżugħa promettenti
  • Żagħżugħ promettenti
  • Sportiva tas-sena
  • Sportiv tas-sena

L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu online minn https://mgoz.gov.mt/en/Pages/eForms/Gozo-Sports-Awards-2021.aspx, jew jinġabru mill-Uffiċċju tal-Gozo Sports Board fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat, Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com