Jingħata L-Ħelsien Mill-Arrest Wara Li Ġie Mixli B’Feriment Gravi Ta’ Raġel Ieħor

 Jingħata L-Ħelsien Mill-Arrest Wara Li Ġie Mixli B’Feriment Gravi Ta’ Raġel Ieħor

Jingħata l-ħelsien mill-arrest Cranston Portelli ta’ 30 sena minn Ħal Qormi wara li tressaq il-Qorti llum mixli b’feriment gravi ta’ żagħżugħ ieħor ta’ 27 sena minn l-Imsida, nhar il-Ħadd li għadda f’Birkirkara.

Il-Każ seħħ fi triq il-Wied Birkirkara meta l-akkużat allegatament ta’ daqqa ta’ sikkina lil raġel ieħor u ħarab minn fuq il-post.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, fejn qam argument bejn il-prosekuzzjoni li bdiet toġġezzjona għal din it-talba u d-difiża li bdiet tgħid li għalkemm il-ġrieħi kienu ċċertifikati serji, il-vittma qam jieħu r-ritratti u tellagħhom fuq Facebook.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.

Portelli irid jiffirma kuljum fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, ma jistax joħroġ mid-dar bil-lejl u ma jistax jersaq lejn Birkirkara u l-Imsida.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com