Jinħatru Tliet Supretendenti Ġodda Fil-Korp Tal-Pulizija
![Jinħatru Tliet Supretendenti Ġodda Fil-Korp Tal-Pulizija](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/08/super-850x560.jpg)
Dalgħodu tlett Spetturi tal-Pulizija ġew promossi fil-grad ta’ Supretendent.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, illum ippreżentaw l-ittra tal-ħatra lil tliet Spetturi tal-Pulizija li ġew promossi fil-grad ta’ Supretendent.
It-tliet Supretendenti ġodda huma Melvyn Camilleri, Malcolm Bondin u Priscilla Caruana Lee.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta