Jitħabbar Diġà L-Programm Tal-Ħruq Tan-Nar Tal-Festa Tal-Bambina Fil-Mellieħa

Ftit tal-jiem ilu, diġà tħabbar il-programm tal-ħruq tan-nar għall-festa tal-Bambina fil-Mellieħa. Il-programm se jkun imqassam fuq bażi ta’ 3 ijiem fejn lejlieta, imbagħad ser issir Symphony of colours 2021 (Covid-19 – Edition).
Din ser tkun wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar maqsuma fi tliet partijiet li tinkludi diversi effetti priotekniċi u anke gran finale.
Bejn parti u oħra ser jinħarqu wkoll settijiet ta’ murtali tal-beraq, bil-logħob u murtali tal-kulur.
Awguri lill-Mellieħin kollha.
Ritratt: Jamie Vella Photography