Joħroġ Mill-Karozza Għal Ħaddiem Tal-Gozo Channel U Jaqbad Jagħtih
Filmat li deher fuq il-mezzi soċjali qed ikun investigat mill-pulizija, wara ġlieda li seħħet fuq il-moll tal-Imġarr f’Għawdex.
Jidher li l-argument inqala’ meta ħaddiem tal-Gozo Channel kien qed ikellem passiġġier li kien qed f’karozza tiela’ fuq il-vapur. Ftit sekondi wara l-passiġġier ħareġ mill-karozza u fajjar daqqa lil ħaddiem li jiskenja l-biljetti bil-konsegwenza li dawn ġew fl-idejn u spiċċaw mal-art ftit metri bogħod minn tarf il-moll.
Fi stqarrija li ħarġet il-UĦM ikkundannat dan l-attakk fejn qalet li dan l-attakk minn informazzjoni li għanda seħħ waqt li allegatament x-xufier m’obdiex id-direzzjoni li tah l-uffiċjal biex jistenna qabel ma jitla’ fuq il-vapur.
Il-UĦM saħqet li, “Huwa inaċċettabbli li persuna tmur biex taqla’ l-ħobża ta’ kuljum u minflok tispiċċa aggredita u msawta fuq il-lant tax-xogħol.”
Iż-żewġ irġiel involuti f’dan l-inċident huma t-tnejn Għawdxin.