Jordan Azzopardi Jingħata L-Ħelsien Mill-Arrest Wara Sentejn Taħt Arrest Preventiv
L-allegat traffikant tad-droga Jordan Azzopardi ta’ 31 sena, nħeles mill-arrest wara sentejn taħt arrest preventiv.
Huwa qed ikun mixli bi traffikar ta’ droga fost 15-il kap ta’ akkuża fosthom li mexxa ċirku kbir tat-traffikar tad-droga madwar il-pajjiż kollu. Is-sieħba ta’ Azzopardi hija akkużata wkoll bl-istess akkużi.
F’digriet, l-Imħallef Aaron Bugeja ta’ l-ħelsien mill-arrest lil Azzopardi fuq garanzija personali ta’ €150,000 u garanzija fuq terza persuna ta’ €50,000. Huwa ġie ordnat ukoll biex jagħti l-passaport tiegħu lill-awtoritajiet u ġie pprojbit milli jersaq lejn l-ajruport u l-kosta tal-pajjiż. Huwa ġie ordnat ukoll li ma jikkomunikax jew jipprova javviċina max-xhieda tal-każ tiegħu u jrid jiffirma kuljum fl-għassa tal-Pulizija.
L-Avukati Franco Debono u Joe Giglio qed jidhru għal Azzopardi.