Kampjonat Premier – Tiġi Fit-Tmiema L-Ewwel Ġurnata

 Kampjonat Premier – Tiġi Fit-Tmiema L-Ewwel Ġurnata

It-Tnejn filgħaxija fl-Stadium Nazzjonali ġiet fit-tmiema l-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier Malti bil-konfront bejn Gzira United u Hibernians b’dawn tal-aħħar jerbħu 3 – 1 u juru mill-ġdid l-intenzjonijiet tagħhom li l-għan ewlieni ser jkun li jiġġiledu għal unuri.

Fl-ewwel ġurnata r-reġistraw rebħiet ukoll Balzan, Sirens, Valletta u Birkirkara.

Il-Ħamis Balzan għelbu lill-Sliema Wanderers 1 – 0 b’gowl lejn it-tmiem. Il-Ġimgħa fl-aktar partita mistennija Valletta, għal forsi kontra dak li ħasbu ħafna, għelbu liċ-ċampjins renjanti Hamrun Spartans 2 – 1 filwaqt li fl-stess ġurnata Sirens ukoll għelbu lil Gudja United 1 – 0.

Floriana u Santa Lucia ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 2 – 2 is-sibt filgħaxija filwaqt li Birkirkara bdew b’rebħa inkorraġanti fuq Mosta, rebħa ta’ 3 – 0.

It-tieni ġurnata tal-Kampjonat Premier hija din:-

Il-Ġimgħa 20 t’Awwissu – Sliema vs Floriana (Stadium Nazzjonali) u Sirens vs Mosta (Tony Bezzina Stadium)

Is-Sibt 21 t’Awwissu – Birkirkara vs Hamrun (Stadium Nazzjonali) u Valletta vs Balzan (Tony Bezzina Stadium)

Il-Ħadd 22 t’Awwissu – Santa Lucia vs Gzira U. (Stadium Nazzjonali) u Hibernians vs Gudja U. (Tony Bezzina Stadium)

Il-partiti kollha jibdew fil-19.00.

 

Ritratt: MFA

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com