Kellu Sikkina Kbira U Kellu Jintuża L-‘Pepper Spray’ – Arrestat F’San Pawl Il-Baħar

 Kellu Sikkina Kbira U Kellu Jintuża L-‘Pepper Spray’ – Arrestat F’San Pawl Il-Baħar

Ilbieraħ bil-lejl, għall-ħabta ta’ 23.30hrs, il-Pulizija kienu infurmati li ġewwa Triq Cassarino, San Pawl il-Baħar kien hemm raġel qed jagħmel ħsarat fuq vetturi.

Dan il-każ ġara Triq it-Turisiti fejn il-pulizija sabu Nigerjan ta’ 25 sena li kellu ħadida kbira f’ idu.  Fuq il-midja soċjali tal-Korp tal-Pulizija, intqal ukoll li kellu fil-pussess tiegħu sikkina kbira u ħadida oħra.

Intalbet l-assistenza tal-Pulizija tal-RIU minħabba li r-raġel irreżista l-arrest u kellu jintuża l-‘pepper spray’.

Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tal-Pulizija, filwaqt li żewġ pulizija tar-RIU sofrew ġrieħi ħfief.

Ir-raġel inżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija l-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com