Kerstin Ebejer Jirbaħ Ir-Raba Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali

 Kerstin Ebejer Jirbaħ Ir-Raba Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali

Kerstin Ebejer rebaħ ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali ta’ Malta GT3. Kienet tellieqa stretta, bl-aqwa erba’ sewwieqa jżommu vera viċin ta’ xulxin għal 30 minuta sħaħ.

Dan ir-riżultat ifisser li issa hemm erba’ punti biss jifirdu l-aqwa erba’ sewwieqa. Bernard Vella jinsab fl-ewwel post b’28 punt segwit minn Mikhail Mercieca b’27 punt u Jason Muscat u Dean Vella t-tnejn b’24 punt.

It-tieni nofs tal-Kampjonat Nazzjonali ta’ Malta, jibda bil-ħames rawnd nhar għada s-Sibt, 21 ta’ Awwissu fil-faċilita ta’ World Pro Racing f’Montekristo.

 

Ritratt: Oliver Attard

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com