Kif Jikkollaboraw Flimkien Il-Kunsilli Tal-Kottonera?

 Kif Jikkollaboraw Flimkien Il-Kunsilli Tal-Kottonera?

Taħt il-kappa tal-Fondazzjoni Kottonera, is-Sindki tal-kottonera resqu iktar viċin u bdew jikkollaboraw iżjed ma’ xulxin.

Is-Sinkdi ġodda tal-kalkara Wayne Aquilina, u tal-Isla Clive Pulis flimkien mas-Sindku tal-Birgu John Boxall u s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli għandhom għal qalbhom il-Kottonera u minn żmien għall-ieħor jaħdmu biex jgħollu isem din l-akkwata sabiħa, storika u pittoreska ta’ pajjiżna.

Illum innutajna kif is-Sindki tal-Kottonera, poġġew bukkett fjuri quddiem l-istatwa ta’ San lawrenz f’jum il-festa tiegħu.

Din diġà hija t-tieni sena li qed issir b’mod reċiproku. Bdiet mill-festa ta’ San Ġużepp tal-2020 peress li hija l-ewwel festa ċċelebrata fil-Kottonera fil-kalendarju tas-sajf. Dan isir fil-festi kollha; il-Bambina, il-Kunċizzjoni, San Ġużepp u San Lawrenz u San Duminku.

Din il-kollaborazzjoni ssir ukoll f’jum il-lokalitajiet fejn is-sindki rispettivi jkunu mistiedna u anke saħansitra jagħmlu kelmtejn tal-okkażżjoni.

Hemm ukoll il-ħsieb li fil-festi, jkunu mistiedna baned ta’ xulxin li minħabba l-pandemija, din għadha ma bdietx issir.

Idea sabiħa u kollaborattiva. Insellmu lill-poplu kollu tal-Kottonera.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com