Klijent Joħroġ Miżien Biex Jiżen Il-Laħam Li Kien Servut Lilu
Mistoqsija li ġieli għamilna bla dubju bejnha u bejn ruħna hija meta nkunu f’ristorant u nordnaw xi biċċa laħam jew ħut u ngħidu – tgħid tagħna l-ammont kemm suppost?
Hekk għamel Antonio Chacon f’Colorado l-Amerika meta ħareġ jiekol mal-familja fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Antonio li bħal issa ma jaħdimx flimkien mal-familja tiegħu ordnaw stejk ta’ kawżi 200 gramma kull wieħed, u meta wasal l-ikel fuq il-mejda kulħadd beda jħares lejn xulxin għaliex bdew jaraw li l-laħam kienet ftit żgħira.
Kif ra hekk ftakar li fil-karozza għandu miżien li kienu għadhom kemm xtrawh, staqsa lil maniġer li dan il-porzjon huwa żgħir u qallu li kien sejjer iġib il-miżien biex jiżen il-laħam quddiemu.
Meta poġġa l-laħam fuq il-miżien immarka li kienet tiżen nofs dak li suppost ordna.
Wara li ra hekk il-maniġer reġa’ ordna platti ġodda bil-porzjon tal-laħam ikun kemm suppost apparti li tagħhom skont ukoll fuq il-kont.
X’taħsbu, tagħmlu bħal Antonio kieku ? Jew tistħi ?