“Kollox Se Jinħaraq Anke L-Annimali” – Nirien Kbar Fit-Turkija

“Kollox se jinħaraq. L-Annimali qed jaqbdu.” Din hija l-għajta tan-nies tal-villaġġ Kacarlar fit-Turkija li qed jaffaċċjaw xeni apokalittċi hekk kif nirien ħadu sew u nferxu ma’ kullimkien.
Ir-residenti qed jippruvaw jagħmlu li jistgħu biex isalvaw djarhom u l-propjetà tagħhom iżda jidher li kollu għalxejn.
Madwar 1,000 persuna ġew evakwati bid-dgħajjes nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda mill-akkwata turistika ta’ Bodrum.
Mietu 8 persuni u oħrajn jinsabu feruti. Bla dubju, it-temperaturi għolja tas-sajf mhux jgħinu f’dan ir-rigward. L-Aħħar vittma kienet koppja nofsha Torka u nofsha Ġermaniża li nstabu mejta fid-dar tagħhom.

Ritratti: CNN