“Kull Attentat Intenzjonat Biex Jimmina Il-Ġurnaliżmu Għandu Jiġi Miġġieled Bil-Qawwa” – Il-PN

 “Kull Attentat Intenzjonat Biex Jimmina Il-Ġurnaliżmu Għandu Jiġi Miġġieled Bil-Qawwa” – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li hu inkwetanti li naraw żieda fit-tattiċi ta’ aħbarijiet foloz immirati biex iħawdu l-imħuħ tal-votanti.

Il-PN Saħaq li l-ġurnaliżmu huwa essenzjali għad-demokrazija u kull attentat intenzjonat biex jimminah għandu jiġi miġġieled bil-qawwa.

“Irrelevanti min hu wara dawn it-tattiċi, il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jingħaqdu biex jiżguraw li l-pulizija jkollha r-riżorsi kollha meħtieġa biex tiġġieled din il-forma ta’ cybercrime,” kompla ssostni l-PN fl-istqarrija tiegħu.

Fl-aħħarnett l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stieden lil Prim Ministru Robert Abela għal diskussjoni dwar din il-materja sabiex jaraw kif jistgħu ssaħħu l-liġijiet u r-riżorsi tal-pulizija biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal dawn qabel l-elezzjoni li jmiss.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com