L-Abbati Huwa L-Appostlu Tal-Lum Il-Ġurnata? Ikellimna Enrique Vella

 L-Abbati Huwa L-Appostlu Tal-Lum Il-Ġurnata? Ikellimna Enrique Vella

Iva, l-abbati huwa l-appostlu tal-lum il-ġurnata! Fi kliem sempliċi u mingħajr dawrien mal-lewża, Enrique Vella qalilna li l-abbati minbarra li jagħmel ħiltu biex is-servizz ikun l-aħjar possibli waqt il-quddies, frekwenti u fuq kollox qaddis.

L-abbati huwa dak iż-żagħżugħ li huwa l-aktar qrib ta’ Kristu’ fuq l-altar wara s-saċerdot. Għandu jsib ħin biex jitlob ta’ kuljum u meta possibli fil-preżenza ta’ Ġesu’ Sagramentat! Ikun midħla tal-Kelma t’Alla u jimmeditha. B’dan kollhu tinbena relazzjoni sabiħa m’Alla u permezz ta din ir-rabta speċjali, li jista’ jkun ta’ eżempju għal dawk kollha ta madwaru.

Meta jikber u jasal il-waqt li jispiċċa minn abbati, irid jibqa’ jgħożż dik l-imħabba li Ġesu’ xettel fil-qalbu! X’uħud jiżżewwġu u allura dik il-fidi li għandhom jgħadduha lil uliedhom. Hemm oħrajn, li meta jiskopru s-sabiħ li Ġesu’ qed isejħilhom, jiddeċiedu li jimxu wara Kristu permezz tas-saċerdozzju jew ħajja konsagrata.

Prosit u awguri Enrique.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com