L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla Sospiż Minn Uffiċjal Tal-Pulizija

 L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla Sospiż Minn Uffiċjal Tal-Pulizija

L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla fl-aħħar sigħat ġie sospiż minn uffiċjal tal-Pulizija b’konformità mar-Regolamenti Dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, sakemm isiru l-investigazzjonijiet.

Dan wara li Ian Abdilla li kien membru tal-FIAU qed jiffaċċja investigazzjoni fuqu li ma ħax azzjoni fuq evidenza ta’ reati kriminali kontra uffiċjali għolja tal-Gvern. Dan hekk kif allegatament kellu f’idu informazzjoni dwar il-kumpanija 17 Black.

Huwa mifhum ukoll li Abdilla kellu laqgħat ma’ l-eks Chief of Staff Keith Schembri meta kien beda jsir magħruf li l-FIAU kellha rapporti f’idha.

Il-Pulizija kkonfermat ukoll ma’ TVM li fis-sigħat li għaddew, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla ġie sospiż mid-dmirijiet tiegħu fil-Korp tal-Pulizija minħabba investigazzjoni fuq reati finanzjarji.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com