L-Għaqda Repubblika Titlob Għar-Riżenja Ta’ Adrian Delia Jekk Hija Vera L-Konverżazzjoni Li Kellu Ma’ Yorgen Fenech

 L-Għaqda Repubblika Titlob Għar-Riżenja Ta’ Adrian Delia Jekk Hija Vera L-Konverżazzjoni Li Kellu Ma’ Yorgen Fenech

F’reazzjoni għal dak li ħareġ fuq is-sit Lovin Malta aktar kmieni llum, l-Għaqda Repubblika fi stqarrija qalet li bħal ma talbet ir-riżenja tal-Ministru Edward Zammit Lewis wara li ġew ippublikati messaġġi bejnu u bejn Yorgen Fenech, u għada tinsisti għaliha sa dan il-mument, għandu wkoll jagħmel dan Adrian Delia jekk huwa veru li kien hemm konverżazzjoni ma’ Yorgen Fenech meta hu kien Kap tal-PN.

Lis-storja ta’ Lovin Malta tgħid illi konverżazzjoni bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech seħħet propju waqt li l-PN kien qed jikkritika dak żvelat dwar 17 Black.

Min naħa l-oħra Dr. Adrian Delia f’post li tella fuq il-mezzi soċjali qal li jiċħad kategorikament dak li ħareġ fuq is-sit Lovin Malta u qal li din hija gidba u għanda tiġi rtirata minnufih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com