L-Iskart Mormi Bl-Addoċċ Jibqa’ Problema Kbira F’Pajjiżna
F’dawn il-ġranet ħafna jinsabu bil-vaganzi jgawdu dawn il-ġranet sbieħ tas-sajf fejn il-baħar jew f’xi vaganza barra minn Malta.
Għal bosta ħaddiema fosthom tad-Dipartiment tal-Cleansing ix-xogħol baqa’ għaddej anke lbieraħ f’jum Santa Marija.
F’post fuq il-mezzi soċjali d-dipartiment qasam diversi ritratti ta’ skart mormi bl-addoċċ f’postijiet differenti madwar Malta li nġabar ilbieraħ. Id-Dipartiment tal-Cleansing saħaq li “l-kooperazjoni ta’ xi wħud hemm barra mhux dejjem tidher li qed isir.”
Minn dawn ir-ritratti wieħed jista’ jara skart ta’ kull tip mormi b’arroganza lejn pajjiżna u lejn dawn il-ħaddiema li ta’ kull jum fix-xemx qed ikollhom inaddfu wara nies irresponsabbli.
Meta xi darba ħa nitgħallmu li hemm postijiet apposta fejn wieħed jista’ jarmi kif suppost?