L-Istaġun Tal-Lampuki Jiftaħ Fi Ftit Ġranet Oħra
Fi ftit ġranet oħra jiftaħ l-istaġun tal-Lampuki, propju f’jum Santa Marija, l-15 ta’ Awwissu.
Bla dubju Marsaxlokk huwa r-raħal sinonimu mas-sajjieda u ftit jiem qabel jingħata bidu għal dan l-istaġun isir it-tberik tad-dgħajjes.
Dan sar ilbieraħ ma nżul ix-xemx mill-Kappillan ta’ Marsaxlokk flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sajd Sharlo Camilleri.
Nittamaw li jkollna staġun tajjeb fejn is-sajjieda jkollhom riżultati tajbin kif ukoll il-konsumaturi jkunu kuntenti bil-prodott frisk għal fuq il-mejda.
Ritratti: DOI