“Li Taħdem F’Dawn It-Temperaturi U F’Din Ix-Xemx Tisreġ Żgur Mhux Faċli” – Id-Direttur Ġenerali Ramon Deguara

 “Li Taħdem F’Dawn It-Temperaturi U F’Din Ix-Xemx Tisreġ Żgur Mhux Faċli” – Id-Direttur Ġenerali Ramon Deguara

“Li taħdem f’dawn it-temperaturi u f’din ix-xemx tisreġ żgur mhux faċli.” Hekk kiteb id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni Ramon Deguara.

Bla dubju dawn it-temperaturi estremi ta’ sħana jagħmlu l-kundizzjonijiet aktar diffiċli sabiex id-diviżjoni għat-tindif tkompli bix-xogħol u s-servizz importanti ferm għall-pajjiżna.

Xi kultant il-ħajja tagħna tkompli u ftit li xejn naħsbu f’ġurnata bħal lum meta bosta nies ikunu qed igawdu l-ġurnata ta’ mistrieħ tagħhom kemm ikun hemm ħaddiema li xorta jridu jibqgħu għaddejjin bis-servizz, fosthom il-ħaddiema tat-tindif.

“Nixtieq nesprimi l-apprezzament tiegħi lill-ħaddiema kollha, għax-xogħol kbir li qed isir fl-eqqel tal-staġun tas-sajf.  Kburi bikom u bil-ħidma tagħkom,  u bis-servizzi li qegħdin nagħtu lil pajjiżna  anke waqt dawn iż-żminijiet ta’ sħana estrema u temperaturi għoljin.” Tenna Ramon Deguara fil-messaġġ tiegħu lill-ħaddiema.

Huwa temm jgħid li “waqt li l-poplu jkun qed igawdi l-vaganzi tiegħu, aħna fid-dover li inżidu l-ħidma tagħna. B’hekk biss pajjiżna jista’ joffri prodott aħjar u jiġi apprezzat iktar.”

Ejjew nagħmlu l-parti tagħna wkoll u nżommu pajjiżna nadif u ma nħallux skart warajna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com