“Lydon Jinsab Ferħan Ħa Jtir U Ħerqan Biex Jiltaqa’ Ma’ Ħuh” – Jomike Agius

Il-Kantant Jomike Agius rebbieħ ma’ ibnu Lydon tal-Malta’s Got Talent għadu kemm ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li għadu kemm sar missier għat-tieni darba hekk kif martu Danica welldet tifel bl-isem ta’ Jayden.
Jomike qal li kemm Danica u Jayden jinsabu tajbin filwaqt li “Lydon jinsab ferħan ħa jtir u ħerqan biex jiltaqa’ ma’ ħuh.”
Awguri Jomike u Danica!