Lyndsay Pace B’Kanzunetta Ġdida Li Fiha Messaġġ B’Saħħtu

 Lyndsay Pace B’Kanzunetta Ġdida Li Fiha Messaġġ B’Saħħtu

Lyndsay Pace għada kemm ħarġet kanzunetta ġdida bħala parti mill-promozzjoni li qed tagħmel għall-album ġdid tagħha “Dopamine” li mistenni biex joħroġ is-sena d-dieħla.

Hija fil-fatt għadha kif nediet it-tielet kanzunetta mir-repertorju tagħha bl-isem ta’ “Sick of Me” li hija produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down, Will Taylor u Charlotte Churchman b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music. Apparti hekk ġie mniedi vidjow mużikali bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Malcolm Camilleri u maħdum minn TechNoir Media.

Din il-kanzunetta b’ritmu mexxej u sajfi għandha messaġġ importanti ħafna fejn titkellem dwar mara b’saħħitha li rnexxielha tiġġieled għad-drittijiet tagħha f’relazzjoni abbużiva.

Is-segwaċi ta’ Lyndsay jistgħu jisimgħu din il-kanzunetta ġdida fuq il-pjattaformi diġitali bħal Spotify, iTunes, Apple Music u aktar kif ukoll qeda tindaqq fuq diversi stazzjonijiet ewlenin tar-radju.

F’isem Strada Rjali aħna nawguraw lil Lyndsay għal aktar suċċessi fil-karriera tagħha u nistennew bil-ħerqa għal dan l-album ġdid!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com