“Ma Neskludix Li T-Traffikanti Qed Jiffinanzjaw Kampanja Qarrieqa Biex Inaqru L-Fiduċja Tal-Ħabs”
“Ma neskludix li dawn it-traffikanti qed jiffinanzjaw kampanja qarrieqa biex inaqru l-fiduċja fit-tmexxija tal-ħabs biex jerġa’ jiftaħ is-suq għat-traffikar. Il-poplu ma jridx dan iż-żibel imma serjetà.”
Hekk sostna John Charles Ellul fejn qal li ilu karriera sħiħa jinvestiga. Spjega kif malli kien jitfaċċa xi traffikant ġdid, oħroġ il-għaġeb, kienet tidħol informazzjoni anonima b’dettal perfett li jwassal għall-qbid ta’ droga u arrest.
Qal li ovvja li t-traffikanti tad-droga li kienu protetti, kienu jagħtu din l-informazzjoni biex ħadd ma jidħlilhom fis-suq. “Il-ħabs hemm 800 persuna, potenzjalment persentaġġ għoli ta’ madwar 50 fil-mija jużaw id-droga. Suq ta’ klijenti konsiderevoli. Suq ta’ 14-il miljun fis-sena li t-tmexxija tal-ħabs ġabitu fix-xejn.”
Intom x’taħbsu dwar dan?