“Ma Nitfgħux Lil Kulħadd F’Keffa Waħda” – In-Nutar Nicolette Vella
Wara li fil-midja din il-ġimgħa dehret storja partikolari dwar klijenti li qed jisħqu li tilfu flushom wara mewt ta’ nutar, bosta kienu r-reazzjonijiet fosthom messaġġ li qal “Imbasta ħafna titli, timbri u pożi”.
In-Nutar Nicolette Vella rreaġixxiet għal dan.
“Titlu għandi, timbru ukoll …pożi inqas. Ma nitfgħux lil kulħadd f keffa waħda”, kitbet fuq il-midja soċjali tagħha.
Saħqet li hemm ħafna minn sħabha li huma nutara serja, diliġenti u onesti. Qalet ukoll li dan jiġri f’kull professjoni fejn mal-ħażin jeħel it-tajjeb sfortunatament.
Iżda, “Li dejjem iweġġgħu huma l-kummenti ta’ ħdura kontra l-professjoni tiegħi! Lil dak li kiteb dan t’ hawn taħt ngħidlu, kieku ma kienx Nutar probabbilment m’ għandekx saqaf fuq rasek!”