Malta Mħassba Bit-Tensjoni Fir-Reġjun Tal-Golf

 Malta Mħassba Bit-Tensjoni Fir-Reġjun Tal-Golf

Fi stqarrija mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, intqal li Malta temmen bis-sħiħ li bastimenti li joperaw b’mod paċifiku fl-ibħra internazzjonali m’għandhomx ikunu soġġetti għal attakki arbitrarji u li s-sikurezza u s-sigurtà tagħhom għandhom ikunu garantiti. Il-liġi internazzjonali għandha tkun rispettata.

Malta tappella lill-partijiet kollha biex jaħdmu biex inaqqsu t-tensjonijiet u jevitaw kwalunkwe eskalazzjoni militari, li m’hija fl-interess ta’ ħadd u sempliċement twassal għal ċiklu vizzjuż.

Ritratt: Newsweek

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com