“Malta Tirreġistra Tkabbir Ekonomiku Ta’ 13.4%” – Il-PM Robert Abela
![“Malta Tirreġistra Tkabbir Ekonomiku Ta’ 13.4%” – Il-PM Robert Abela](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/08/240800474_4333761310050767_6366069827733799442_n-850x560.jpg)
“F’pandemija żammejna l-ekonomija b’saħħitha,” hekk kiteb ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru fuq il-mezzi soċjali hekk kif ħabbar li Malta irreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 13.4%.
Waqt żjara dalgħodu f’Birkirkara l-Prim Ministru qal l-investiment li qed isir f’pajjiżna jixhed kif Malta qabdet sew it-triq tal-irkupru. “B’hekk se nkomplu ninvestu fi proġetti importanti u sbieħ fiż-żmien li ġej,” saħaq il-PM.
“Xogħolna jibqa’ li l-frott ta’ dawn ir-riżultati nibdluh f’politika li tgħin lin-nies kollha jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom,” temm jgħid il-PM Robert Abela.