Mara Bi Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Bejn Żewġ Karozzi F’Santa Venera
Illum, għall-ħabta tat-8:15am, seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi fi Triq Misraħ il-Barrieri, Santa Venera.
Il-ħabta seħħet bejn Nissan Qashqai, misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti l-Għargħur, u Nissan Juke, misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti Birkirkara.
Tim mediku ta l-assistenza liż-żewġ xufiera u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, il-mara ta’ 36 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.