Mara Se Titressaq Il-Qorti Llum B’Rabta Ma’ Ħasil Ta’ Flus

Illum għal ħabta ta’ 12pm, ħa tkun qed titressaq il-Qorti taħt arrest, mara ta’ 45 sena b’rabta ma’ ħasil ta’ flus.
Dan l-arrest wasal wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.
Hi ser tiġi akkużata quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella, b’reati ta’ ħasil ta’ flus u frodi, fost akkużi oħra.
Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa minn Dr. Cinzia Alamango u Dr. Sean Scerri De Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispettur Joseph Xerri.