Mara Spanjola Ta’ 79 Sena L-Moħħ Wara Ċirku Kriminali Ta’ Droga

 Mara Spanjola Ta’ 79 Sena L-Moħħ Wara Ċirku Kriminali Ta’ Droga

Mara Spanjola ta’ 79 sena ġiet arrestata fil-Portugall fuq suspetti li tmexxi ċirku ta’ droga kbir, qalet il-Pulizija Spanjola nhar it-Tlieta li għadda.

Skont il-Gwardja Ċivili Spanjola, il-mara kienet qed tmexxi grupp li jimporta d-droga kokaina mir-Repubblika Dominikana lejn il-Portugall.

Hija ġiet arrestata f’Vila Real, fit-Tramuntana tal-Portugall, flimkien ma’ żewġ irġiel oħra, ta’ 26 u 60 sena, f’operazzjoni mwettqa mill-pulizija Spanjola u Portugiża.

Jidher li l-arrestati kienu qed iddaħħlu d-droga f’kontejners umbad din tinbiegħ fl-Ewropa.

Ara l-filmat tal-operazzjoni:

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com