Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Baqgħet Dieħla F’Karru Ta’ Dgħajsa U Karozza fl-Imġarr

 Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Baqgħet Dieħla F’Karru Ta’ Dgħajsa U Karozza fl-Imġarr

Ilbieraħ, għal xi s-6:30pm, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 30 sena residenti l-Imsida, tilfet ilkontroll tal-vettura li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Volkswagen Polo, u ħabtet ma’ karru ta’ dgħajsa u ma’ vettura tat-tip Renault Captur, li kienu pparkjati, u ġo faċċata ta’ residenza.

B’konsegwenza ta’ dan l-impatt, il-karru ta’ dgħajsa, li kien jinsab imqabbad ma’ vettura Suzuki Santana, baqa’ dieħel ġo drive-in ta’ garaxx filwaqt li r-Renault spiċċat f’nofs tat-triq.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com