Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Waqgħet Minn Fuq Ċint fil-Marsa

 Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Waqgħet Minn Fuq Ċint fil-Marsa

Mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi wara li waqgħet minn fuq ċint.

L-inċident seħħ illum, għal xi s-7:30am, fi Triq il-Korsa l-Antika, il-Marsa.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com