Mil-Lum F’Malta Jittaffew Aktar Miżuri Marbuta Mal-Pandemija

 Mil-Lum F’Malta Jittaffew Aktar Miżuri Marbuta Mal-Pandemija

B’effett mil-lum il-massimu ta’ persuni li jistgħu jattendu waqt attività huwa ta’ 300. Kif imħabbar aktar kmieni dan ix-xahar mid-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne l-attivitajiet xorta waħda jridu jibqgħu jsiru bilqiegħda. Dan wara pressjoni li saret minn dan is-settur sabiex jibdew jsiru attivitajiet b’mod gradwali bilwieqfa.

Mit-30 t’Awwissu dan in-numru ħa jkun qed jitla’ għal 500 persuna, bl-attivitajiet xorta waħda jsiru bilqiegħda.

Apparti minn dawn il-miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet, mil-lum ukoll tidħol fis-seħħ miżura oħra fejn dawk il-persuni mlaqqma u jkunu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva bil-Covid-19 ħa jkunu qed jagħmlu 7 t’ijiem kwarantina flok 14-il ġurnata.

Ritratt: maxximagroup.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com