Minħabba Kwistjoni Finanzjarja Lionel Messi Ser Jitlaq Mit-Tim Ta’ Barcelona
Lionel Messi, plejer ta’ fama internazzjonali ser iħalli l-klabb wara nuqqas ta’ qbil dwar kwistjonijiet finanzjarji u strutturali.
Dan tħabbar mit-tim ta’ Barcelona fejn qalu li l-plejer kien suppost mistenni li jerġa’ jiffirma l-ftehim tiegħu mal-klabb wara li skadielu f’Ġunju li għadda.
Sa xahar ilu, Messi kien wasal għal ftehim ta’ kuntratt għal 5 snin sħaħ b’paga ridotta iżjed bin-nofs. Dan ifisser li flok 45 miljun kien ser jaqla’ 20 miljun ewro.
Ritratt: The Guardian