Mistenni Li L-Ħsarat Fil-Cables Tal-Enemalta Jissewwew Sa Tard Wara Nofsinhar

 Mistenni Li L-Ħsarat Fil-Cables Tal-Enemalta Jissewwew Sa Tard Wara Nofsinhar

Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta qed ikomplu għaddejjin b’xogħlijiet ta’ emerġenza wara li matul il-lejl żviluppaw żewġ ħsarat estensivi f’cables ta’ vultaġġ għoli li wasslu għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’Marsascala.

It-tim tal-Enemalta beda x-xogħol hekk kif irriżultaw il-ħsarat.

Sakemm jissewwew il-ħsarat tal-cables ta’ taħt l-art u fejn huwa possibbli, l-Enemalta qiegħda tipprovdi provvista alternattiva permezz ta’ generators imqabbda mas-substations tagħha fil-lokalita’. Dan biex kemm jista’ jkun tnaqqas l-inkonvenjent lill-klijenti.

L-Enemalta tifhem lir-residenti u n-negozji li qed jiffaċċjaw din l-iskumdita u qed tagħmel dak kollu possibbli biex issewwi l-ħsarat kemm jista’ jkun malajr.

Huwa maħsub li x-xogħlijiet ta’ emerġenza li qed isiru biex jissewwew il-ħsarat, jitlestew sa tard waranofsinhar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com