Omm f’Kalifornja Nqatlet B’Tir F’Rasha Quddiem Bintha

 Omm f’Kalifornja Nqatlet B’Tir F’Rasha Quddiem Bintha

Omm f’Kalifornja mietet wara li nqatlet bi sparatura quddiem bintha ta’ 6 snin il-ġimgħa li għaddiet, f’dak li qalu l-awtoritajiet jista’ jkun każ ta’ identità żbaljata.

Jacqueline Flores, ta’ 25 sena, kienet ipparkjata b’bintha fuq wara tal-karozza tagħha meta nqatlet b’tir f’rasha, skont stqarrija tal-aħbarijiet mill-Pulizija.

Skond lis-stqarrija bint Flores kienet fil-karozza meta ommha nqatlet.

“Fortunatament, it-tifla ma weġgħatx, iżda l-balla daħħlet fit-tieqa ta’ wara fejn kienet bilqiegħda t-tifla,” qalet il-Pulizija.

Uffiċjali tal-emerġenza għamlu kull sforz possibbli fuq il-post tal-inċident, fejn Flores wara ġiet trasferita lejn sptar lokali fejn ġiet ċertifikata li tinsab f’kundizzjoni gravi. Mietet tlett ijiem wara, il-Pulizija qalet f’post fuq Twitter.

L-istqarrija qalet li l-investigaturi ma jemmnux li Flores kienet il-mira intenzjonata.

Il-Pulizija ta’ Kalifornja għaddejjin b’investigazzjonijiet sabiex jinstab il-qattiel.

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com