Pete Buttigieg Jħabbar Li Wara Żmien Diffiċli Ħa Jsir Missier
Pete Buttigieg is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti li għandu dixxendenza Maltija, ħabar fuq twitter li hu u Chasten ir-raġel tiegħu riedu li jkabbru l-familja tagħhom.
“Ninsabu kuntenti li nistgħu nħabbru li sirna ġenituri!” qal Buttigieg li għandu 39 sena fit-tweet tiegħu.
Bħal issa Pete u r-raġel tiegħu qed joqodu f’Washington, wara li aktar kmieni din is-sena kienu biegħu d-dar tagħhom f’South Bend, Indiana.
Pete u r-raġel tiegħu qalu li ma kienx żmien faċli sakemm waslu s’hawn għaliex mhux faċli li koppji bħalhom jaddottaw tarbija, il-proċess huwa wieħed ta’ qtigħ il-qalb.
Pete u Chasten ilhom miżżewġin mill-2018.
For some time, Chasten and I have wanted to grow our family. We’re overjoyed to share that we’ve become parents! The process isn’t done yet and we’re thankful for the love, support, and respect for our privacy that has been offered to us. We can’t wait to share more soon.
— Pete Buttigieg (@PeteButtigieg) August 17, 2021