Ponte Ferries F’Diffikultà Legali Biex Jibda Jopera Għada

 Ponte Ferries F’Diffikultà Legali Biex Jibda Jopera Għada

Għada kellu jkun l-ewwel vjaġġ tal-Ponte Ferries minn Malta għall-port ta’ Augusta f’Sqallija.

F’stqarrija li ppubblikaw fuq il-mezzi soċjali tagħhom qali li għal raġunijiet li ‘għandhomx kontroll fuqhom ħa jkunu qed iħassru l-vjaġġi ta’ għada u tal-ġranet li ġejjien sakemm tiġi solvuta l-problema legali li hemm.

Fl-istqarrija Ponte Ferries qed tgħid li fl-aħħar siegħat il-permess biex il-katamaran jkun jista’ jidħol fil-port ma ħariġx. Dan għaliex skond kif qed jgħidu kompetitur tagħhom li jivvjaġġa lejn Sqallija però mhux lejn l-istess port ikkontesta dan il-permess li Ponte ilhom li applikaw għalih minn Novembru tas-sena l-oħra.

Il-Klijenti għandhom jikkuntattjaw lil kumpanija sabiex jagħmlu l-arranġamenti magħhom dwar il-biljetti tal-vjaġġi tagħhom. Ponte Ferries qalet li qed toffri alternattivi oħra biex il-klijenti tagħha xorta jkunu jistgħu jagħmlu l-vjaġġ tagħhom matul dawn il-jiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com