Protesti Kontra L-Użu Taċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 Protesti Kontra L-Użu Taċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

Diversi protesti f’pajjiżi li qed jipproponu li jdaħħlu l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex jintuża bħala pass biex tidħol f’diversi postijiet fosthom Franza, L-Isvizzera u l-Italja.

Il-Gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi jridu jdaħħlu fis-seħħ liġi li tirregola l-entratura ta’ diversi postijiet pubbliċi fosthom restoranti, bars, teatri, mużewijiet u attivitajiet fost oħrajn.

Fl-Italja din tidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa li ġej fejn biex tidħol f’dawn il-postijiet jkollok bżonn iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Fil-jiem li għaddew bosta nies ħarġu jipprotestaw f’Ruma kif ukoll anke minn uħud mill-membri parlamentari qamu jipprotestaw fil-Parlament.

Fi Franza kien hemm madwar 200,000 persuna tiprotesta fejn f’mumenti eskalaw u kien hemm konfronti mal-Pulizija.

Fl-Isvizzera madwar 4,000 persuna ħarġu jipprotestaw ukoll viċin il-fruntieri tal-pajjiż.

Ritratti: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com